Lokali

Norveġiża ssofri ġrieħi gravi

Żelqet minn fuq Tal-Linja

Tfajla ta’ 19-il sena min-Norverġja weġġgħet gravi wara li żelqet minn fuq karozza tal-linja llum wara nofsinhar.

Il-każ seħħ fix-Xatt tal-Gżira għall-ħabta tas-1:45pm.

Fil-post waslet ambulanza li ħadet lin-Norveġiża l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejin.