Knisja Lokali

Qassis Malti jinħatar Isqof ta’ Darwin fl-Awstralja

Fl-Awstralja ħarġet l-aħbar illi l-Papa Franġisku appunta lil Dun Charles Gauci bħala l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin.

Dun Charles Gauci twieled f’Malta fl-1952 u mar l-Awstralja meta kellu 12-il sena. Hu ordnat bħala qassis fl-1977.

Fil-preżent, Gauci hu l-amministratur tal-Katidral ta’ Adelaide u huwa wkoll il-Kapillan Nazzjonali tal-MUSEUM.