Festi Kultura Lokali

RITRATTI: Xhur ta’ preparamenti għall-Jum l-Imnarja

Hekk kif il-Ħamis filgħaxija bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Imnarja, diversi organizzaturi għamlu dan l-istess jum jippreparaw għall-dawn il-jumejn fil-Buskett.

Ta’ kull sena, l-festival ikun ikkaratterizzat minn mużika folkloristika u wirjiet agrarji, fost ikel u xorb tradizzjonali, fejn il-platt ewlieni jkun stuffat tal-fenek.

Ta’ kull sena, l-Imnarja tilqa ma’ l-eluf ta’ nies, kemm Maltin u barranin. Il-preparazzjonijiet jibdew minn xhur qabel, filwaqt li ġimagħtejn qabel jibdew il-preparazzjonijiet ġewwa il-buskett innifsu.

Il-Ġimgħa, tard wara nofsinhar issir it-tiġrija tradizzjonali taż-żwiemel u l-ħmir fi Triq it-Tiġrija, viċinanza tas-Saqqajja fir-Rabat. Fi tmien it-tiġrija, r-rebbieħa jirċievu trofew.

L-Imnarja hija meqjusa bħala waħda mill-eqdem festi li jiġu ċċelebrati fuq il-gżejjer Maltin. Dan hekk kif din il-festa, li tikkommemora lil San Pietru u San Pawl, bdiet tiġi ċċelebrata minn żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, madwar l-1854.

Ritratti: Matthew Tabone