It-tim nazzjonali tan-nisa għadda għas-semifinali tal-Kampjonat Ewropew tal-FIBA għall-Pajjiżi ż-Żgħar b’rebħa ta’ 71-32 kontra Ġibiltà. Din kienet it-tieni rebħa minn tliet logħbiet wara r-rebħa kbira kontra l-Andorra. In-nisa Maltin jilagħbu s-semifinali llum fit-8.30pm kontra l-Lussemburgu.
Sa tmiem it-tieni perjodu, it-tim Malti kellu vantaġġ ta’ 31-13, bil-vantaġġ jikber għal 30 punt fit-tielet sessjoni. Fl-aħħar sessjoni, il-Maltin rebħuha wkoll għal distakk ta’ 39 punt.
Stephanie De Martino u Christina Grima spiċċaw l-aqwa skorer għat-tim Malti bi 13-il punt.
//= $special ?>