Filmat mill-isbaħ li ttella’ fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat juri kelb il-baħar fiż-żona bejn iż-Żurrieq u Filfa.
Biż-żgħażagħ li kienu fuq avventura bil-jet skis, f’mument minnhom jidher il-ġewnaħ tal-kelb il-baħar jiżboq mill-ilma, sakemm finalment jersaq lejhom biex jesplora dak li kien qed iseħħ madwaru fost l-istagħġib taż-żgħażagħ.
Hu maħsub li din l-ispeċi li raw iż-żgħażagħ Maltin hi l-ħuta kaħla, jew kif magħrufa bl-Ingliż bħala blue shark.
Filmat: Elian Mallia
//= $special ?>