L-Awstrija, minn għada, tassumi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea għas-sitt xhur li ġejjin bit-tema tal-Presidenza Awstrijaka tkun qed tibbaża fuq ‘Ewropa li tkattar impenn għal protezzjoni’.
Il-Presidenza tal-Unjoni għal dawn l-aħħar sitt xhur kienet f’idejn il-Bulgarija u l-bidla għall-Awstrija kienet ikkonfermata llum waqt ċerimonja fi Schladming li għaliha attendew il-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz u l-Prim Ministru Bulgaru Boyko Borissov
//= $special ?>

