Valtteri Bottas kiseb l-ewwel pole position tiegħu f’dan l-istaġun wara li temm il-provi uffiċjali għall-Grand Prix tal-Awstrija fl-ewwel post. Lewis Hamilton se jibda ħdejh fuq quddiem biex b’hekk il-Mercedes għandha l-ewwel żewġ sewwieqa fl-ewwel filliera.
Sebastian Vettel għamel it-tielet l-aħjar ħin iżda se jibda mis-sitt post wara li rċieva penalità ta’ tliet postijiet minħabba li fixkel lil Carlos Sainz fit-tieni fażi. Kimi Raikkonen b’hekk se jibda mit-tielet, wara li f’mumenti minnhom kien viċin li jikseb il-pole position.
Diżappunt għar-Red Bull li ma kinitx viċin il-ħinijiet tal-Mercedes u l-Ferrari, b’Verstappen se jibda r-raba’ u Ricciardo għamel is-seba’ l-aħjar ħin.
Kif se jibdew
1. Valtteri Bottas 1:03.464
2. Lewis Hamilton 1:03:149
3. Kimi Raikkonen 1:03.660
4. Max Verstappen 1:03.840
5. Romain Grosjean 1:03.892
6. Sebastian Vettel 1:03.464*
7. Daniel Ricciardo 1:03.996
8. Kevin Magnussen 1:04.051
9. Carlos Sainz 1:04.725
10. Nico Hulkenberg 1:05.019
//= $special ?>