F’Tarragona fi Spanja tkompla l-Logħob tal-Mediterran. Malta kisbet l-ewwel midalja tal-bronż f’din l-edizzjoni meta fir-Raffa, Stefan Farrugia għeleb lil Rashed Mohamed Alswesi tal-Libja 8-7.
Il-Ħamis Stefan Farrugia kellu prestazzjoni tajba fir-raffa. F’Pool 1, Farrugia għeleb lil Mohamed Belhouchet tal-Alġerija 10-7, lil Cem Simsek tat-Turkija 12-6 u Rahsed Alswesi tal-Libja 12-5.
Il-Ġimgħa Farrugia rebaħ kontra Dejan Stepcevic tal-Montenegro 12-0, iżda tilef kontra Enrico Dall’Olmo ta’ San Marino 12-8 u Alfonso Nanni tal-Italja 12-10. Ilbieraħ ukoll Farrugia għeleb 12-8 lill-Franċiż Eddy Roualt, biex fis-semifinali reġa’ tilef kontra Enrico Dall’Olmo 9-7.
Fl-azzjoni lbieraħ kienu involuti wkoll fl-atletika, Charlton Debono fin-nofs maratona tal-irġiel fejn spiċċa fl-14-il post, u Lisa Marie Bezzina li spiċċat fid-disa’ post fin-nofs maratona tan-nisa.
F’kompetizzjoni oħra, it-tim Malti tal-Golf temm fl-10 post. Dawn kienu l-aħħar impenji tal-Maltin fil-Logħob tal-Mediterran li jintemmu llum.
//= $special ?>