Lokali

Tissokta l-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza

Tul tmiem din il-ġimgħa għaddejja l-maratona tal-volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza. Net News mar is-Siġġiewi biex ħa l-kummenti ta’ dawk li qed jipparteċipaw għall-maratona bl-isem “Sabiħ li tagħti”.

Hemmhekk iltqajna ma’ Ann-Marie Attard fejn qaltilna fuq il-ħtieġa ta’ għajnuna lid-Dar tal-Providenza. Qaltilna wkoll fuq l-isfida li joffri t-temp tul dawn it-53 siegħa ta’ logħob.

Claire Scerri qaltilna li t-temp mhux dejjem qed jgħinhom iżda d-determinazzjoni tal-parteċipanti ma’ taqta’ qatt.

Kellimna wkoll lil David Cutajar fejn qalilna kemm ilu jipparteċipa f’din il-maratona u kif inhi mqassma.

Illum, id-Dar tal-Providenza tilqa’ mal-115-il persuna, b’uħud jgħixu ħajja indipendenti. Bħalissa qed tinbena binja oħra għall-istess għan. Għalhekk kull voluntier qed jaħdem bla heda għax għal dan il-proġett kull qatra tgħodd. Il-maratona għandha għaddeja sal-Ħadd l-1 ta’ Lulju.