Esperti Spanoli kkonfermaw li kien intlemaħ Great White Shark (ritratt) barra l-gżira ta’ Cabrera fil-Gżejjer Baleariċi. Din kienet l-ewwel darba fi 30 sena li ntlemaħ dan it-tip ta’ kelb il-baħar f’dawn l-inħawi.
Il-kelb il-baħar kien fih madwar ħames metri. Intqal li filwaqt li tul is-snin kien hemm rapporti li dan il-kelb il-baħar kien intlemaħ, din hi l-ewwel darba li kien hemm konferma ta’ dan minn sorsi xjentifiċi.
Dan peress li kien grupp ta’ ħarsien tal-ħlejjaq tal-baħar, l-Alnitak, li lemaħ u ġibed filmat ta’ dan il-kelb il-baħar.
//= $special ?>

