Internazzjonali

L-Open Arms ibaħħar lejn Barċellona

Il-vapur Open Arms b’59 immigrant abbord li kienu salvati barra l-kosta Libjana, il-Ħadd beda jbaħħar lejn Barċellona.
Dan wara li l-Italja u Malta ma tawx permess li jidħol.
L-Open Arms hu mmexxi mill-organizzazzjoni karitatevoli Spanjola Proactiva Open Arms u s-Sibt filgħaxija, Ada Colau, is-Sindku ta’ Barċellona, offiriet li l-vapur jitrakka hemm. Il-vapur issa mistenni jasal hemmhekk nhar l-Erbgħa.
Diġà kien hemm każ ieħor simili fil-11 ta’ Ġunju meta Spanja aċċettat vapur ieħor, l-Aquarius, b’629 immigrant abbord. Dan ukoll wara li ma ngħatax permess jidħol fl-Italja jew Malta.