Sport Sport Ieħor

Marc Marquez ikabbar il-vantaġġ fil-klassifika tal-Moto GP

Marc Marquez (Ritratt: EPA)

Marc Marquez kiseb ir-raba’ rebħa tal-istaġun meta spiċċa fuq quddiem fiċ-ċirkwit ta’ Assen fl-Olanda. L-Ispanjol rebaħ tiġrija mill-isbaħ f’taqtigħa missielta fejn id-differenza bejn l-ewwel ħames sewwieqa kienet biss tliet sekondi.

Alex Rins daħal it-tieni qabel Maverick Vinales li kompla l-podju kollu Spanjol. Il-koppja Taljana magħmula minn Andrea Dovizioso u Valentino Rossi spiċċaw fir-raba’ u l-ħames post.

Fil-klassifika tas-sewwieqa, Marc Marquez issa għandu 140 punt, vantaġġ ta’ 41 punt fuq Valentino Rossi u 47 punt fuq Maverick Vinales. It-tiġrija li jmiss issir fil-15 ta’ Lulju fil-Ġermanja.

Tags