Javier Mascherano ħabbar li rtira mill-futbol internazzjonali wara l-eliminazzjoni tal-Arġentina mit-Tazza tad-Dinja. Il-midfielder ta’ 34 sena żvela d-deċiżjoni b’mod immedjat wara t-telfa ta’ 4-3 kontra Franza fil-fażi tal-aħħar 16.
Ftit wara t-tisfira finali, Mascherano qal: “Wasal iż-żmien li nsellem lit-tim nazzjonali u nagħti spazju lill-plejers aktar żgħażagħ li jidħlu. Nittama li fil-futur dawn iż-żgħażagħ jistgħu jiksbu xi ħaġa. Issa jien partitarju ieħor tat-tim nazzjonali.”
Mascherano lagħab mal-Arġentina f’erba’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Hu għamel id-debutt mal-Arġentina fl-2003 u lagħab għal rekord ta’ 147 logħba ma’ pajjiżu.
//= $special ?>