Internazzjonali

FILMAT: Il-mument meta ġiet attakkata minn kelb il-baħar

Il-bajja fejn seħħ il-każ hi miżgħudha bil-kukkudrilli

Mara ta’ 34 sena tista’ tgħodda b’waħda wara li fi tmiem il-ġimgħa ġiet attakkata minn kelb il-baħar.

Melissa Brunning kienet fuq jott fir-reġjun ta’ Kimberley, ftit ‘il barra minn Perth, meta provat tagħti ikel lil dawk magħrufa bħala tawny nurse sharks. Dawn il-klieb il-baħar kienu qed jgħumu madwar id-dgħajsa tagħhom.

F’mument minnhom, kif jixhdu dawn il-filmati, wieħed mill-klieb il-baħar tela’ għal id Brunning u ġibidha fil-baħar.

Fortunatament, hi sofriet biss xi qsim f’idha, ksur u tiċrit tal-ligamenti.