Festi Kultura Lokali Mużika

FILMAT: Ta’ Maria Mater Gratiae bl-umbrella u l-imrewħa fi Sqallija

Ritratt: Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae, Ħaż-Żabbar
Il-Banda Maria Mater Gratiae mistiedna ukoll f'Gela

Is-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar, permezz tal-banda tagħha u l-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja, ġiet mistiedna biex tipparteċipa fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Gela, fi Sqallija.

Apparti s-sehem tal-banda f’din il-festa, il-Comune di Gela stieden liż-żgħażagħ Żabbarin biex itellgħu magħhom l-umbrella u l-imrewħa, li normalment narawhom armati fil-venda ta’ Ħaż-Żabbar fit-tieni ġimgħa ta’ Settembru, biex jarmawhom fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja f’Gela.