Il-Pulizija fil-Belġju arrestaw koppja Belġjana, imma ta’ nisel Iranjan, u akkużathom li kienu qed iħejju attakk terroristiku fi Franza. Fil-mira kien hemm membri tal-Oppożizzjoni Iran-jana li jgħixu fl-eżilju hemmhekk. Jidher li l-attakk kellu jsir is-Sibt fil-belt Franċiża ta’ Villepinte, qrib Pariġi. Intqal li l-koppja kienu arrestati fil-karozza tagħhom u fiha nstabet nofs kilogramma ta’ splussiv lest b’detonatur. L-investigaturi Belġjani qalu li fi Franza kien arrestat kompliċi, filwaqt li fil-Ġermanja kien arrestat diplomatiku Iranjan li jaħdem fi Vjenna, il-kapitali tal-Awstrija. Jidher li fil-mira kien hemm membri tal-Mujahedin tal-Poplu, wieħed mill-movimenti ewlenin ta’ oppożizzjoni għar-reġim Iranjan. Jidher li dan il-kumplott ma kellu x’jaqsam xejn mal-estremiżmu Iżlamiku marbut mal-ISIS u l-al-Qaeda, imma aktar mal-kampanja tar-reġim Iranjan kontra dawk li jopponu għalih, speċjalment l-eżiljati Iranjani li spiss fil-passat spiċċaw mira tas-servizzi sigrieti Iranjani.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES


