Fi 53 siegħa ta’ maratona ta’ Voleyball inġabru €651,905 għad-Dar tal-Providenza.
Ilbieraħ fi tmiem l-attività fid-Dar tal-Providenza f’nofs il-lejl kien hemm ferħ, tbissim u sentimenti ta’ gratitudni lejn l-40 plejer u numru ieħor ta’ voluntiera li ddeċidew li jisfidaw is-sħana tal-jum u l-kesħa tal-lejl biex jilagħbu l-volleyball bla waqfien għal 53 siegħa b’risq l-istess dar.
Is-somma ta’ €651,905 tinkludi l-ammont ta’ €335,291 miġbur waqt l-edizzjoni speċjali ta’ Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju.
Is-Sibt filgħaxija l-Kap tal-PN Adrian Delia żar l-istess maratona u fost l-oħrajn għamel xi ħin jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar u anki sab ħin biex jilgħab il-volleyball mal-kumplament.
//= $special ?>