Net FM żanżan il-libsa tiegħu minn dalgħodu hekk kif bdiet l-iskeda l-ġdida tal-istazzjon tar-radju. Is-26 sena esperjenza ta’ Radio 101 se jservu biex jiġġedded dan l-istazzjon u jimmodernizza għaż-żminijiet tal-lum.
It-2 ta’ Lulju kienet ġurnata pożittiva għall-istudios ta’ Net FM hekk kif dan l-eżerċizzju ta’ tiġdid intlaqa’ sew mis-semmiegħa. L-iskeda żżanżnet permezz tal-breakfast show ‘Wake Up Call’ flimkien ma’ Janet, Dylon & Ron.
Il-programmi ta’ mużika ma’ Eileen Montensin u Martin Sapiano żammew posthom fl-iskeda l-ġdida u magħhom jingħaqdu preżentaturi ġodda bħal Stephanie Chircop u Roderick Vella. Ma tonqosx ukoll id-diskussjoni mas-semmiegħa tan-NetFM dwar dak li jolqot lill-poplu Malti direttament ma’ Dulcima Aquilina u Jerome Caruana Cilia.
Il-kamra tal-aħbarijiet żiedet l-impenn tagħha lejn is-semmiegħa ta’ NetFM permezz ta’ News Alert kull nofs siegħa mit-8.30 ta’ filgħodu u 3 bullettini fis-7 ta’ filgħodu, f’12pm u fis-6 ta’ filgħaxija.
Wieħed jista’ jżur il-paġna l-ġdida ta’ Facebook ta’ NetFM biex iżomm ruħu aġġornat dwar l-iskeda l-ġdida u l-kompetizzjonijiet fuq dan l-istazzjon.
//= $special ?>