Futbol Sport

Papastathopoulos jingħaqad ma’ Arsenal

(Ritratt: arsenal.com)

Sokratis Papastathopoulos se jkompli l-karriera tiegħu fl-Ingilterra hekk kif ingħaqad ma’ Arsenal mingħand Borussia Dortmund. Id-difensur kien ilu ma’ Borussia Dortmund mill-2013 fejn rebaħ darbtejn il-Bundesliga u darba t-Tazza Ġermaniża.

“Inħossni tajjeb ħafna, hi l-ewwel ġurnata tiegħi hawn, kollox hu speċjali u hu mument sabiħ. Kuntent ħafna,” qal Papastathopoulos lis-sit uffiċjali tal-klabb. Hu qal li Arsenal huma wieħed mit-tliet klabbs il-kbar fil-Premier League, bi storja kbira u kuntent ħafna li għas-sena d-dieħla se jkun qed jgħin lit-tim.

Il-plejer ta’ 30 sena se jilgħab bil-flokk numru 5 u għandu esperjenza vasta fix-xena internazzjonali b’total ta’ 79 logħba mat-tim nazzjonali tal-Greċja.