Madwar mija u għoxrin anzjan kienu sfurzati mill-Gvern, permezz tal-amministrazzjoni tal-Isptar Monte Karmeli, li jintbagħtu tas-Sliema bħala parti minn skema ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Mentali u l-Anzjani, Mario Galea, ressaq ilment uffiċċjali għand l-Ombudsman dwar is-Saħħa, Charles Messina, sabiex jinvestiga din ir-rilokazzjoni wara li rċieva għexieren ta’ ilmenti mill-anzjani u l-familjari dwar dan. Huwa xjentifikament pruvat li meta l-anzjani jiġu sfurzati jirrilokaw, din iżżid l-inċidenza tal-konfużjoni, dillirju, il-fissazzjoni u l-imwiet. Din il-kundizzjoni jaffettwa l-aktar lil nies li jbagħtu bid-dimensja u dawk il-pazjenti li jiġu rilokati spissi għandhom aktar ċans li jgħaddu minn trawma u jċedu.
Dawn l-anzjani kienu rikoverati fis-swali tal-ġerjatrija St. Jean Antide ġewwa l-Isptar Monte Karmeli għal dawn l-aħħar 9 snin b’sorveljanza medika matul il-ġurnata kollha minn tobba, infermiera u professjonisti fil-qasam. Dawn is-swali kienu speċifikatament ddisinjati għall-pazjenti anzjani bid-dimensja, mgħamra bl-arja kkundizzjonata, spazji miftuħa u bitħa kbira, wara li ġew konsultati ħaddiema professjonali mill-Università ta’ Sterling, fost l-aqwa esperti tad-Dimensja.
Għadd ta’ ħaddiema mal-anzjani f’dawn is-swali lmentaw dwar kif l-amministrazzjoni tal-isptar naqqset ukoll milli tinfurmahom dwar il-mossa, aħseb u ara kemm kienu ikkonsultati. Apparti l-ambjent ġdid, fir-residenza l-ġdida f’tas-Sliema se jsibu staff kompletament ġdid li se tagħmilha aktar diffiċli għall-anzjani biex jidraw.
//= $special ?>