Colin Galea, is-Segertarju Ġenerali tal-Union tal-Infermiera u Qwiebel, l-MUMN, qal lil Net News li t-taħditiet li saru mal-Ministru tas-Saħħa u mas-Segretarji Permanenti, issarfu biss f’ċaqliq mhux sinnifikanti fil-kwestjoni tal-ftehim settorali.
Dan ifisser, li l-union għadha bil-pjan li minn nhar il-Ħamis titlob lill-infermiera biex jaħdmu skond id-direttivi tagħha.
B’dawn id-direttivi mistennija jiġu effettwati l-ispjtarijiet, id-djar tal-anzjani tal-gvern u ċ-ċentri tas-saħħa kollha.
Iktar dettalji dwar kif dawn id-direttivi jistgħu jolqtu lilek meta f’dan il-link:
//= $special ?>ARA: Kif se jaffettwawk id-direttivi tal-MUMN f’kull post fejn jaħdmu l-infermieri u l-qwiebel?