L-Iżvezja tinsab mal-aħħar tmienja għall-ewwel darba wara 24 sena, b’rebħa ta’ 1-0 fuq l-Iżvizzera. Partita bilanċjata biż-żewġ timijiet ifallu diversi okkażjonijiet ta’ skor.
Il-gowl deċiżiv wasal fis-66 minuta b’xutt minn pożizzjoni ċentrali ta’ Emil Forsberg li kien imxellef minn Manuel Akanji u baqa’ dieħel fir-rokna tax-xibka.
Wara dan il-gowl, l-aħjar ċans li kellhom l-Iżvizzeri wasal fil-91 minuta b’daqqa ta’ ras tajba ta’ Haris Seferovic li kienet salvat tajjeb minn Olsen.
It-tim ta’ Petkovic spiċċa l-logħba b’raġel anqas meta tkeċċa Michael Lang wara li waqqa’ lil Martin Olsson. Ir-referee Damir Skomina ordna penalty iżda wara konsultazzjoni mal-VAR ta free-kick. Ix-xutt ta’ Ola Toivonen kien salvat minn Sommer.
//= $special ?>