Lokali Qorti

Libjan jammetti li għamel ħsara fuq karozza

Jekk ma jħallasx jiġi arrestat mill-ġdid

Libjan ta’ 28 sena ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li nhar il-Ħadd li għadda għamel ħsara fuq vettura u f’kommun ta’ blokka residenzjali fil-Belt.

Anees Badroush kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Hu ngħata sentenza ta’ tmien xhur priġunerija sospiża għal 15-il xahar. Ġie ordnat ukoll biex fi żmien sitt xhur jagħmel tajjeb għad-danni li għamel u kien imwissi li jekk ma jħallasx jiġi arrestat mill-ġdid.