Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fetħet inkjesta dwar każ ieħor ta’ droga li kienet fil-Qorti u li issa ma tista’ tinstab imkien. Id-droga in-kwistjoni hi ecstasy, u sa issa għadu mhux ċar kemm kien l-ammont li “sparixxa”.
Kien il-ġurnal In-Nazzjon li ftit tal-jiem ilu żvela każ ieħor ta’ kannabis li ma tistax tinstab, u li suppost kellha tkun miżmuma fil-bini tal-Qorti.
Anke dwar dan il-każ għaddejja inkjesta mill-Maġistrat Frendo Dimech.
Dwar iż-żewġ każi intervjena l-Avukat Ġenerali Peter Grech illi kien hu li ordna l-inkjesti fiż-żewġ każi.
//= $special ?>