Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Tista’ tispiċċa bir-ritratti tal-mobile jintbagħtu bl-addoċċ bla ma tkun taf!

Il-problema bil-mobiles Samsung ġiet innutata fl-Awstralja - il-kumpanija qed tinvestiga

Storja li żviluppat il-ġimgħa li għaddiet fl-Awstralja wasslet biex il-kumpanija Samsung tiftaħ investigazzjoni dwar problema li jidher li qed ikollhom numru ta’ persuni li għandhom il-mudell Galaxy S9 u S9+.

Kollox beda meta raġel irrapporta li f’nofs ta’ lejl, ir-ritratti tal-mobile tiegħu “marru weħidhom” għand it-tfajla. U l-istorja ġibdet interess kbir minn nies oħra li għandhom l-istess mudell ta’ smartphone.

Persuna li għandu n-Note 8 qal li hu esperjenza fenomenu stramb fejn numru ta’ messaġġi intbagħtu lil terzi, bla ma hu lanqas kien jaf.

Sa issa kollox jindika li dawn huma problemi tekniċi iżolati, għalkemm il-kumpanija ħadet il-każ b’serjeta’ kbira u qed tinvestiga x’ġara eżatt.

Mhux magħruf jekk f’Malta kienx hawn persuni li esperjenzaw dan il-fenomenu.