Caidon, Zeyan, Elarick, Zion, Zaiden, Jael, Cael, Elijah, u Isaih – ismijiet meqjusa “mhux tas-soltu” illi tpoġġew fuq Facebook din il-ġimgħa wara li mara talbet parir fuq isem għat-tfal.
Id-diskussjoni għadha għaddejja fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Ommijiet Ngħinu lil Xulxin’.
Diversi ommijiet ħarġu bl-idea tagħhom dwar x’inhuma ismijiet kunsidrati mhux komuni, u li jibdew bl-ittri Z, J, C, u E.
Kien hemm persuni li ssuġġerew ismijiet bil-Malti, fosthom Żakkew. Suġġerimenti oħra kienu Ellas, Jax u Zen.
Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, is-sit Babygaga analizza għadd ta’ ismijiet li ngħataw fl-aħħar snin u ra liema ismijiet baqgħu popolari u liema qed jingħataw il-ġenb.
Fost l-aktar 40 isem popolari għat-trabi wieħed isib taħlita bejn dawk l-ismijiet tradizzjonali u dawk moderni. Għall-bniet wieħed isib Emma, Charlotte, Sadie, Violet, Kennedy, Savannah, Penelope, Victoria, Ellie u Hazel. Popolari għas-subien hemm Jack, Oliver, Theodore, Dylan, Adam, Alexander Daniel, Christopher, Joseph, Jasper, Lucas u Isaac.
//= $special ?>