Ħaddiema li hi impjegata fil-qasam tas-saħħa fir-Renju Unit tinsab arrestata wara li l-Pulizija f’Chester fetħu akkużi formali fil-konfront tagħha fuq każ serju ta’ trabi li mietu f’ċirkustanzi strambi.
Il-każ seħħ bejn Marzu 2015 u Lulju 2016 fl-isptar Countess of Chester, fit-taqsima tan-neonatal.
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-mewt ta’ 17-il tarbija u 15 oħra li kienu fix-xifer li jmutu.
Din il-mara tinsab akkużata bil-qtil ta’ 8 itrabi tat-twelid.
//= $special ?>