Internazzjonali

XOKK FIR-RENJU UNIT: Akkużata li qatlet tmint itrabi tat-twelid

Il-każ seħħ fi sptar pubbliku f'Chester

Ħaddiema li hi impjegata fil-qasam tas-saħħa fir-Renju Unit tinsab arrestata wara li l-Pulizija f’Chester fetħu akkużi formali fil-konfront tagħha fuq każ serju ta’ trabi li mietu f’ċirkustanzi strambi.

Il-każ seħħ bejn Marzu 2015 u Lulju 2016 fl-isptar Countess of Chester, fit-taqsima tan-neonatal.

Il-Pulizija qed jinvestigaw il-mewt ta’ 17-il tarbija u 15 oħra li kienu fix-xifer li jmutu.

Din il-mara tinsab akkużata bil-qtil ta’ 8 itrabi tat-twelid.