Ambjent Lokali

Azzjoni diretta biex titwaqqaf it-tneħħija tas-siġar

Il-qerda fiergħa tal-ambjent bl-iskuża tal-iżvilupp hija problema kontinwa li jeħtieġ tiġi indirizzata.

Hekk intqal fi stqarrija konġunta maħruġa mill-Moviment Graffitti, Kamp Emerġenza Ambjent, il-Bicycle Advocacy Group, Friends of the Earth Malta, Birdlife Malta, Grow 10 Trees Project, Flimkien għal Ambjent Aħjar, u Nature Trust Malta.

L-istqarrija nħarġet hekk kif mijiet ta’ siġar madwar Malta qegħdin jinqalgħu, u qed jinħass il-bżonn li tittieħed azzjoni immedjata.

“Qegħdin nagħmlu sejħa biex kull min hu interessat, jissieħeb magħna u jipparteċipa f’azzjonijiet diretti bl-għan li nwaqqfu b’mod effettiv it-tneħħija ta’ aktar siġar”.

Dawk kollha li huma interessati huma mitluba jibagħtu d-dettalji fuq info@kampemergenzaambjent.org jew fuq Facebook.