Lokali

FILMAT: Il-Kap tal-PN Adrian Delia jitkellem dwar l-isbaħ mumenti tiegħu fil-Parlament hekk kif ġie aġġornat għal Ottubru

Hekk kif illum kien hemm l-aħħar seduta fil-Parlament qabel il-pawża tas-Sajf, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qasam l-ewwel esperjenzi tiegħu fil-Parlament.

Huwa saħaq li kienet esperjenza rikka, fejn saħaq li l-aktar mument pjaċevoli tiegħu kienet f’dawk l-edizzjonijiet speċjali tal-Parlament fosthom il-parlament tat-tfal u l-infermiera. Huwa saħaq li l-fatt li tara n-nies iwettqu s-sottomissjonijiet tagħhom direttament fil-Parlament huwa ta’ sodisfazzjon kbir.

Adrian Delia insista li jixtieq li l-Parlament ma jkunx biss magħmul minn argumenti bejn l-Oppożizzjoni u l-Gvern iżda li jkun hemm rebbieħ wieħed, il-poplu Malti u Għawdxi.