Lokali

Franċiż jindarab f’inċident bil-mutur

Żagħżugħ Franċiż residenti Tas-Sliema kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

Il-każ seħħ ftit wara 6.30 ta’ filgħaxija  fi Triq Tignè Tas-Sliema stess hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa vettura tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta’ 20 sena minn San Ġwann tajjar lil vittma ta’ 29 sena li dak il-ħin kien fuq il-mutur.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi fuq il-post li ħa lill-Franċiż l-isptar għal aktar kura.

Filwaqt li l-kundizzjonijiet tiegħu għadha mhux magħrufa, xhieda fuq il-post saħqu li s-sewwieq tal-karozza deher ferm ixxukkjat b’dak li kien għadu kemm seħħ.