Lokali Parlament

Għodda għal min jgħin persuni f’diffikultajiet

– Therese Comodini Cachia, PN

L-Oppożizzjoni qed tipprovdi l-għodda biex kull ikun jista’ jagħti l-ewwel għajnuna fil-fatt itiha skont il-kapaċitajiet tiegħu.

Fil-parlament fil-Liġi dwar is-Sammaritan it-Tajjeb, id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia staqsiet għaliex il-gvern irid jibgħat din il-liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb quddiem il-Kumitat Soċjali meta kien hemm liġijiet oħra li ma ressqhomx. Mhux magħruf għaliex il-Ministru Owen Bonnici jrid itawwal fuq din il-liġi. Minn Settembru l-Ministru Bonnici seta’ ħa l-parir tal-Avukat Ġenerali dwar din il-liġi.

Din hi liġi li tolqot diversi setturi fosthom għalliema fl-iskejjel fejn iweġġgħu t-tfal u tfal li jkollhom diffikultajiet u tobba li ma jkunux protetti barra mill-ħin tax-xogħol. Din il-liġi ma tobbliga lil ħadd li jgħin iżda hawn ħafna persuni li għandhom għarfien tal-ewwel għajnuna u għandhom il-kapaċità li jgħinu persuna li tkun f’periklu attwali.

Dawn in-nies għandhom diffikultà biex jeżerċitaw din l-għajnuna minħabba li jistgħu jkunu esposti għal responsabbiltà legali. Il-PN ma jridx li din ir-responsabbiltà legali twassal biex persuni ma jgħinx oħrajn. Id-dannu intenzjonat hu wkoll kopert b’din il-liġi.