Kurżitajiet Mużika

Il-cover tal-Pink Floyd li marret ħażin!

Gleyfy qed jisraq ix-xena fuq l-internet

Din t’hawn fuq qed tkun kunsidrata bħala waħda mill-agħar cover versions tal-Pink Floyd – kanzunetta li ġibdet mijjiet ta’ kummenti u reazzjonijiet fuq il-media soċjali.

Dan wara li Gleyfy Brauly interpreta l-immortali ‘Another Brick In The Wall’ tal-Floyd, iżda bla suċċess!

Gleyfy qed jisraq ix-xena fuq l-internet bil-videos simpatiċi tiegħu li ħafna drabi jispiċċaw viral.

Dan il-video fakkar lil bosta f’kantanta oħra li serqet il-qlub ta’ kulħadd 10 snin ilu – il-kantanta li pparteċipat fil-kompetizzjoni Music Idol tal-Bulgarija u li interpretat il-famuża ‘Ken Lee’.