Lokali

Il-gabbani tad-daħla tal-Belt ikomplu joħolqu kontroversja

Daħla tal-belt li tixbaħ iktar lill-Freeport

Freeport fid-daħla tal-belt – hekk kiteb il-ġurnal The Malta Independent b’referenza għall-impatt viżwali li qed iħallu l-gabbani l-ġodda fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta.

Gabbani li, skont kif ġie rrappurtat, swew lil poplu Malti €400,000 u li ħolqu kontroversja anke fuq il-media soċjali. Dan hekk kif ħafna kkumparawhom ma’ kontejners tal-vapuri u oħrajn li kktrikaw il-fatt li tpoġġew fin-nofs tal-pjazza u tellfu mill-ftuħ tal-istess pjazza, meta setgħu tpoġġew iktar fil-ġenb.

L-għaxar gabbani, li għandhom forma ta’ kaxxa bi struttura tal-metall u qafas tal-injam, kienu mmanifatturati minn kumpanija Spanjola b’direct order mill-Grand Harbour Regeneration Corportation.

Ħafna mill-gabbani għadhom magħluqin u s’issa jidher biss li fetħu tnejn minnhom – waħda li toffri servizz ta’ Taxi u oħra li tbigħ affarijiet tal-ikel ippakkjat.

S’issa għadu mhux magħruf jekk dawn il-gabbani hux se jingħatalhom permess biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fil-pjazza.