– Jason Azzopardi, PN
Fid-dibattitu dwar il-Liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li fil-Liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb il-Gvern qed jgħid li jaqbel mal-prinċipju tal-abbozz iżda fl-istess waqt żamm ajurplan milli jkompli jagħmel titjiriet ta’ salvtaġġ fuq l-ibħra fuq Malta. Il-gvern qed idawwar wiċċu għall-karba ta’ trabi li jkunu fu bċeejjeċ tal-baħar fil-periklu li jmutu. Jumjen ilu l-Gvern għalaq il-portijiet ta’ Malta għall-vapuri li jsalvaw lin-nies waqt li llum twaqqaf dan l-ajruplan.
Il-gvern qed jiħu l-passi kontra min islava l-ħajjiet iżda ma jieħux passi fuq ħasil ta’ flus jew fu korruzzjoni ta’ miljuni. Il-gvern ma japplikax il-liġi fejn irid fosthom fuq l-ajruplan spijja li tliet snin lu sploda f’Malta jew fuq l-ajruplan li ħa ċertu affarijiet mill-Pilatus Bank fis-satra tal-lejl. Kontra dawn u oħrajn, il-gvern ma jiħux passi sostna Jason Azzopardi. Il-Gvern qed jibgħat l-agħar messaġġ possibbli fejn mhux qed iwettaq il-prinċipju li l-ħajja għandha tkun protetta b’mod assolut.
//= $special ?>