– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista sostna li għas-sammaritan it-tajjeb, il-fatt li jingħata protezzjoni minn responsabbiltà kriminali hi reali u għalhekk hemm bżonn titneħħa l-biżà u n-nies ikunu inċentivati biex joffru assistenza ta’ kura.
Fil-parlament Mario de Marco qal li dawn l-emendi fil-liġijiet tas-Sammaritan it-Tajjeb ivarajw minn pajjiżi għall-oħrajn u jitrattaw diversi aspetti legali anki li persuna tirrifjuta assistenza medika. Hu sostna li diversi pajjiżi jestendu l-protezzjoni li min jagħti servizzi ta’ protezzjoni ċivili fil-kapaċità professjonali. Hawn pajjiżi li jagħtu immunità jekk il-persuna assistita tbati li konsegwenza minħabba l-assistenza.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ikun iktar għaqli għal Malta li jitressqu emendi għall-Kodiċi Ċivili u Kriminali biex tingħata protezzjoni li min joffri l-assistenza. Hu sostna li l-abbozz ma marx billi jipproponi obbligu li tassisti kif għamlu pajjiżi oħra.
Mario de Marco qal li llum Malta waqqfet ajruplan ta’ Sea Watch, b’piloti umanitarji Żvizzeri, milli jagħmel titjiriet ta’ salvataġġ biex jgħinu nies fil-bżonn fuq il-baħar. Dan l-ajruplan salva iktar minn 1,000 persuna milli jgħerqu, sostna Mario de Marco, li qal li l-kaptan tal-Lifeline ukoll tressaq quddiem il-qrati b’akkużi li baħħar kontra r-regoli b’ibħra Maltin meta dawn qed jintużaw għal skopijiet umanitarji.
Hu ironiku li l-pajjiż iridha ta’ sammaritan tajjeb meta din l-inizjattiva ta’ NGOs għal sammaritani tajjeb sabet l-Istat Malti jwaqqafhom għar-riskju li jintilfu iktar ħajjiet.
//= $special ?>