– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li bil-Liġi tas-Sammaritan it-Tfal, l-għalliema se jkunu qed jingħataw il-protezzjoni meħtieġa biex isalvaw il-ħajjiet tat-tfal li jistgħu jkunu f’kundizzjonijiet gravi fl-iskejjel fosthom dawk li jbatu bid-dijabete.
Fil-parlament Claudette Buttigieg semmiet id-diffikultajiet tat-tifla tagħha li tbati bid-dijabete u qalet li hi jkollha bżonn tieħu injezzjoni iżda din ma tingħatax fl-iskola minħabba li l-għalliema m’humiex koperti bil-liġi.
Hi qalet li l-għalliema mhux iħossu l-protezzjoni li qed isemmi l-Ministru tal-Edukazzjoni u sostniet li din hi għalhekk liġi urġenti. Qed nissograw il-ħajja tat-tfal tagħna, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li sostniet li hawn 10% tan-nies li għandhom id-dijabete u li l-injezzjoni li jingħataw il-pazjenti hi waħda sempliċi iżda sensittiva. Din hi injezzjoni li jkun fiha ħafna zokkor.
Dawn it-tfal li jbatu b’din il-kundizzjoni jkunu fi stat tal-biżà meta jkollhom bżonn din l-injezzjoni u għalhekk l-għalliema għandu jkollohm il-protezzjoni biex islavw il-ħajjiet. L-ebda għalliema jew kap ta’ skola m’hu jaċċetta li din l-injezzjoni tinżamm fil-fridge fl-iskola minħabba li m’hemmx il-protezzjoni meħtieġa. L-għalliema għandhom jingħataw ukoll it-taħirġ meħtieġ quddiem dawn is-sitwazzjonijiet. Dan l-abbozz qed joħloq kuxjenza għaliex il-pajjiż mhux preparat għall-urġenzi tal-lum, sostniet id-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>