Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni tippreżenta liġi biex ikunu slavati l-ħajjiet

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-Abbozz ta’ Liġi li Jemenda l-Kodiċi Ċivili u Kriminali, il-Liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb, imressaq mill-Oppożizzjoni għandu l-iskop li jslava l-ħajjiet tan-nies billi jipproteġi li min imur jagħti l-ewwel għajnuna.

Fil-parlament Claudio Grech qal li hu ta’ sodisfazzjon li l-parlament qed jiddiskuti abbozz ta’ liġi favur il-ħajja mressaq mill-Oppożizzjoni; li jikkonferma proċess ta’ partit fl-Oppożizzjoni li minbarra li jiskrutinja qed iwettaq rwol propożittiv. Din hi liġi favur il-ħajja, li hi imprezzabbli fejn il-politiċi għadhom obbligu jirriflettu l-ħajja fil-liġijiet li jitressqu.

L-ewwel element tal-liġi hu li persuna għandu obbligu li jgħin persuna fil-periklu u jkun hemm l-imminuta mill-prosekussjoni fil-każ li persuna li jgħin persuna oħra jikkaġuna danni fil-proċess li jkun qed iwettq is-salvataġġ. Fl-Istati Uniti dan il-prinċipju hu rifless f’diversi stati.

L-iskop tal-Oppożizzjoni hu li titneħħa l-eżistazzjoni li persuna jista’ jkollha meta tista’ tiġi biex tgħin persuna oħra li tkun f’risju ċar. L-abbozz mhux qed jippropni li tiddaħħal id-duty of care; li ma teżistix fil-liġijiet Maltin. Dan hu abbozz ta’ liġi li se jħalli u impatt soċjali pożittiv għaliex ħafna nies, meta jiġu biex jgħinu, xorta jgħinu irrispettivamnet mill-konsegwenzi.

Il-liġi qed tneħħi x-xkiel li persuna jista’ jkollha meta tiġi biex tagħti l-għajnuna. L-ebda biża’ legali m’għandha tnaqqas mit-tempestivita ta’ persuna li tkun se tgħin persuna oħra. L-Oppożizzjoni temmen li tista’ tikkontribwixxi biex jissalvaw il-ħajjiet għaliex ikun hemm ċirkostanzi li fihom jistgħu jaħsbuha jekk jgħinux f’każ li min jgħin jista’ jkun espost għal danni. Din il-liġi se telimina l-mumenti ta’ eżistazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-passi għandhom jittieħdu biss f’negliġlenza grossolona u spjega l-proċess ta’ konsultazzjoni li għamel il-PN biex ħejja dan l-abbozz.

Fid-diskors tal-għeluq tad-dibattitu Claudio Grech qal li dan l-abbozz ma tressaqx ta’ maajr fl-aħaħr ġranet iżda kellu proċess ta’ disa’ xhur u kienu ilu li tressaq minn Settembru 2017. Dan l-abbzoz tela’ għal diskussjoni wara ħafna diskussjonjiet u kompromessi mal-Gvern.

Hu sostna li hemm aspett pożittiv li l-gvern se jivvota favur din il-liġi f’dan l-istadju u għalhekk il-prinċipju li ressqet l-Oppożizzjoni u nsisti fuqu għal dia’ hur, illum hawn kunsens unanimu dwaru. Il-kunċett li ried idaħħal il-gvern kien li ma jkunx hemm ostakoli biex persuna li rid issalva persuna tkun tista’ issalvaha.

Hu qal li l-Oppożizzjoni m’għandhiex diffikultà li l-liġi tmur quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali iżda dan mhux normlament isir mill-Gvern u mgħamlux f’liġijiet oħra.. Mhux minnu li l-għalliema kollha huma protetti mil-liġi kif inhi llum.

Claudio Grech qal li l-Oppożizzjoni għamlet proċess ta’ djalogu mal-għaqdiet involuti fis-settur biex tfassal dan l-abbozz.