– Edwin Vassallo, PN
Fid-dibattitu parlametari dwar il-Liġi ats-Sammaritan it-Tajjeb id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li din il-liġi tas-Sammaritan it-Tajjeb se tnaqqas l-indifferenza u hi riżultat ta’ viżjoni biex tkompli ssaħħaħ il-valur tad-dinjità tal-bniedem.
Hu sostna li l-gvern jaqbel ma’ din il-proposta iżda minħabba l-legaliżmi qed jinħolqu intoppi. Hu staqsa fejn huma l-valuri umani fis-soċjetà li qed tispiċċa tagħlaq għajnejha għal kollox. id-deputat Nazzjonalista kompla li jekk se jidħlu iktar nies barranin u vulnerabbli, s-soċjetà trid tkun iktar ħanina.
Minkejja s-surplus fiskali, fil-pajjiż qed jikebr ukoll deficit morali. Ftit ilu nqatel ġurnalista għax kienet qed tirriċerka l-verità iżda kollox baqa’ għaddej.
//= $special ?>