Lokali Parlament

Qed tkun aġevolata l-ewwel għajnuna

Id-deputat Stephen Spiteri

– Stephen Spiteri, PN

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-LIġi tas-Sammaritan it-Tajjeb, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li dan l-abbozz għandu għan prinċipali li fih qed tkun aġevolata l-ewwel għajnuna biex dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna u jkunu protetti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li mhux ġust li jkun hemm sitwazzjonijiet legali li jistgħu jmorru kontra l-persuni li jmorru jagħtu l-għajnuna. Dan il-persuni jkunu qed jagħtu kontribut fis-soċjetà Maltija u għalhekk għandhom ikunu protetti għaliex s’issa l-liġi Maltija ma tipproteġix lil dawn il-persuni. Min imur jgħin ikun qed jaġixxi b’sens ġenwin u għalhekk dan l-abbzoz se jagħti vantaġġ lil min qiegħed f’periklu waqt li jħares lil min ikunu qed islva l-ħajjiet.

Hu qal li dan il-prinċipju għandu jiddaħħal fis-sitwazzjoni fejn it-tfal ikunu edukati; fis-sistema edukattiva.