Internazzjonali

Strajk tal-bdoti tar-Ryanair fl-Irlanda

Il-bdot Irlandiżi tar-Ryanair vvutaw favur li fit-12 ta’ Lulju joħorġu fuq strajk għal 24 siegħa. Dan minħabba tilwima industrjali li hemm dwar il-mod kif il-linja tal-ajru qed tittrasferixxi l-bdoti.

L-union tal-bdoti Irlandiżi, l-Irish Airline Pilots’ Association (IALPA) qalet li filwaqt li sar vot favur strajk, il-bieb kien se jibqa’ miftuħ għal taħditiet. L-IALPA qalet li 99 fil-mija tal-100 bdot li tirrappreżenta kienu vvutaw favur l-azzjoni industrjali.

L-union ukoll wissiet li aktarx ikun hemm aktarx azzjonijiet industrjali jekk ma tinstabx soluzzjoni.