Internazzjonali

Theżżiża qawwija fl-Albanija

Seħħ terremot kmieni l-Erbgħa filgħodu li kellu l-qawwa ta’ 5.1 fuq l-Iskala Richter, fil-Punent tal-Albanija. L-epiċentru kien 18-il kilometru taħt l-art fil-Bajja ta’ Lalesi, u ma kien hemm ebda rapporti ta’ vittmi.

Wara l-ewwel skoss kien hemm diversi tħeżżiżiet oħrajn żgħar, u l-aktar wieħed qawwi kien ta’ 4.3 fuq l-Iskala Richter. It-tħeżżiż inħass ukoll fil-kapitali, Tirana. Dan wassal biex in-nies ħarġu fit-toroq. L-epiċentru tat-terremot kien madwar 30 kilometru mill-kapitali, Tirana.