Birkirkara llum ikunu fl-azzjoni fil-Gżejjer Faroe kontra KI Klaksvik f’logħba mit-tieni leg tar-rawnd preliminari tal-Europa League. Ir-riżultat miksbu mill-Istripes ġimgħa ilu jħalli togħma morra wara li spiċċaw 1-1, gowl li sofrew fit-88 minuta wara li d-debuttant Michael Mifsud kien fetaħ l-iskor fil-71 minuta.
Il-kowċ ta’ Birkirkara Paul Zammit jittama li jirkupra xi plejers li kienu neqsin il-ġimgħa l-oħra, filwaqt li f’din il-ġimgħa ħadem aktar fl-amalgamazzjoni tat-tim minħabba li fil-formazzjoni inizjali kien hemm sitt plejers ġodda.
Minħabba li spiċċaw fi draw f’pajjiżna, Birkirkara għandha bżonn li tikseb rebħa jew draw ta’ aktar minn gowl. Għalhekk Zammit hu mistenni li joħroġ ifittex il-gowl biex ikun jista’ jikkontrolla l-logħba.
It-terna arbitrali se tkun Żvediża, bir-referee hu Kristoffer Karlsson.
UEFA Europa League
Illum
KI Klaksvik v Birkirkara 8.00pm
//= $special ?>