Titjira li kienet mistennija li titlaq minn Malta lejn il-belt kapitali tal-Portugall fis-6:40pm, ġiet immexxija għat-8:20pm.
Mhux magħruf għala l-passiġġiera tat-titjira KM0594, li kellhom jibdew triqthom lejn il-Lisbona, għadhom qed jistennew fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex titlaq it-titjira. Dan kollu mingħajr ma ngħataw raġuni ta’ dan id-dewmien.
It-titjira diġa kienet ittardjata darbtejn fl-aħħar ħin, bl-ewwel darba tkun fis-7:50pm.
//= $special ?>