– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li l-PN se jibqa’ viċin in-nies tul is-sajf u se jibqa jikellem fuq kwistjonijiet li jolqtu lin-nies fosthom il-qerda tal-ambjent, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-korruzzjoni fl-isport, il-problemi fl-isptarijiet, il-fonid mill-UE u l-immigrazzjoni.
Dwar il-by-pass f’Ħ’Attard, David Agius qal li din se teqred art agrikola. Minkejja li saret petizzjoni lill-Prim Ministru, s’issa ma kien hemm l-ebda reazzjoni. L-Oppożizzjoni se toffri alternattivi u soluzzjonijiet.
David Agius qal li l-Oppżizzjoni se titkellem dwar l-ingann fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma fejn ħafna familji qed jirċievu kontijiet ogħla mili suppost huma. Madwar 80% tal-persuni li qed iressqu ilmenti dwar il-kontijiet qed jinsterqu f’ammonti kbar anki sa €200. S’issa l-gvern għadu m’għamel xejn.
Hu kompla li l-PN se jitkellem dwar l-immigarazzjoni, fejn il-PN se jżomm kelmtu u jagħti l-appoġġ lill-gvern sakemm dan jimxi b’mod serju u onest. Il-PN se jkun impenjat biex il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-ipsort tibda’ taħdem biex l-isport Malti jitnaqqaaf mill-korruzzjoni.
Il-Gvern m’għandux iwassal biex il-pazjenti jsiru tallaba għall-pilloli fl-ispatrijiet u li jingħataaw il-kura meħtieġa. Hemm għandu jintefaq is-surplus u mhux biex issir triq minn Ħ’Attard sa Ħ’Attard. Il-PN se jitkellem ukoll dwar il-problema ta’ nuqqas ta’ infermiera li qed twassal għal problemi fl-isptarjiet.
Hu tkellem dwar il-fondi Ewropew u qal li jidher li Malta mhux se tieħu l-ammont ta’ fondi li kien ġab l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi. Jidher li kif inhuma l-affarijiet bħalissa Malta se ġġib 30% inqas fondi milli ġab il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. L-Oppożizzjoni hi mpenjata biex tagħti l-kontribut tagħha sakemm il-gvern juri rieda tajba.
//= $special ?>