Internazzjonali

Irid lir-Reġina tħallas għall-użu tal-bandiera bis-salib ta’ San Ġorġ

Is-Sindku ta’ Genova, Marco Bucci, talab lir-Reġina Eliżabetta II tħallas l-arretrati talli għal dawn l-aħħar 250 sena, l-Ingilterra qed tuża l-bandiera bis-salib ta’ San Ġorġ, li oriġinarjament hi tal-port ta’ Genova.
L-Ingilterra kienet kisbet id-dritt li tuża din il-bandiera fil-Medju Evu bi tpattija għal pagament annwali.
Bucci qal dan f’sens ironiku fi sforz li jattira l-attenzjoni għas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tal-belt hekk kif kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-ewwel sena ta’ ħidma tal-kunsill tiegħu.