L-infermiera u l-qwiebel bdew bl-azzjonijiet tagħhom mifruxa fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kollha madwar Malta u Għawdex hekk kif għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil mal-Gvern dwar punti kruċjali fil-ftehim settorjali.
Is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea ikkonferma ma’ dan is-sit illi l-azzjonijiet bdew kullimkien, u qed jiġu osservati.
“Ir-rispons hu pożittiv. Il-membri qed josservaw l-azzjonijiet, imma qed inkunu flessibbli fejn jidħlu tfal”.
Galea enfasizza li din il-kwistjoni hi mal-Gvern mhux mal-pazjenti. “Din mhux azzjoni ta’ ġurnata, imma se nibqgħu għaddejin sakemm il-Gvern ipoġġi mal-mejda u niddiskutu”.
//= $special ?>