Lokali

Jiġi mniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca nediet il-Ballu tal-Qamar t’Awwissu fil-Palazz Verdala l-Ħamis filgħodu, propju xahar qabel l-avveniment, bil-flus kollha jmorru għall-Community Chest Fund Foundation.

Il-Community Chest Fund taħdem għal dawk in-nies fil-bżonn biex ikollhom ħajja aħjar fis-soċjetà u b’rispett għal dan, il-President ta’ Malta ħeġġet biex għal sena oħra l-attendenza tkun waħda tajba filwaqt li l-ġenerożità tal-poplu Malti tissokta.

Dan il-ballu ilu jiġi organizzat minn żmien l-Ingliżi, fejn f’dawk iż-żminijiet kien isir b’risq il-Malta Playing Fields Association.