Futbol Lokali

Luttu f’Vigo wara l-mewt tal-plejer Spanjol f’pajjiżna

Kien f'Malta ma' sħabu għal vaganza

Identifikat bħala Fabio Soto, iż-żagħżugħ Spanjol li lbieraħ ittella’ mejjet mill-baħar wara sigħat twal ta’ tfittxijiet fiz-zona ta’ St Peter’s Pool, f’Dellimara.

Soto hu plejer Spanjol ta’ 17-il sena, u kien Malta fuq btala.

Iż-żagħżugħ kien jilgħab mal-klabb ta’ Coruxo, ibbażat fil-periferija tal-belt Spanjola Vigo.

Fuq Twitter, it-tim ta’ Coruxo sellem il-memorja ta’ dan il-plejer li miet f’eta’ daqstant tenera u li kellu futur kbir quddiemu.