Partijiet ta’ Franza u l-Italja nħakmu minn maltemp x’aktarx qalil għal dan iż-żmien tas-sena. Tant li fi Franza kien hemm vittma minħabba l-maltemp li kien hemm. Dan apparti l-ħsara materjali li saret.
Fl-Italja, l-agħar maltemp kien fuq Milan u Torino. Maltemp li kien karatterizzat minn riħ u xita qalila. F’Moena fil-Trentino mbagħad it-toroq spiċċaw mgħarrqa minħabba l-kwantità ta’ xita li niżlet u madwar 50 persuna kellhom ikunu evakwati minn djarhom. Fl-Alto Adige, imbagħad, kienu reġistrati aktar minn 3,300 sajjetta.
Fi Franza ntlaqat l-agħar ir-reġjun ta’ Nouvelle-Aquitaine fejn raġel miet f’Corrèze wara li ntlaqat minn siġra li nqalgħet minn postha filwaqt li f’Charente kien hemm ħsara konsiderevoli. Hawn ir-riħ irreġistra qawwa ta’ aktar minn 100 kilometru fis-siegħa u tal-anqas 800 propjetà sofrew ħsarat.
Sadattant fuq in-naħa l-oħra tad-dinja, f’Montreal fil-Kanada qed tagħmel sħana kbira. Tant li kien hemm aktar minn 18-il persuna li tilfu ħajjithom hekk kif qed ikun hemm temperatura ta’ madwar 40 grad Celsius.
//= $special ?>

